
Il-President u l-membri tal-kumitat eżekuttiv tas-Soċjetà Filarmonika Marija Mtellgħa s-sema tal-Imġarr jifirħu lill-President Onorarju s-Sur Carlo Sopetti li għadu kemm inħatar President tas-Soċietà Filarmonica Principessa Jolanda ta’ Mathi. Minn qalbna nawgurawlu kull suċċess u nwegħduh l-appoġġ tagħna.
Infakkru li filwaqt li l-Imġarr għandu ġemelaġġ mar-raħal ta’ Math,il-banda tagħna għandha diversi konnessjonijiet ma din il-banda Taljana,tant li kellna diversi opportunitajiet ndoqqu flimkien, kemm f’Malta kif ukoll barra minn xtutna. Bħalissa qed naħdmu flimkien biex f’Marzu 2022 indoqqu flimkien fi Trieste,L-Italja.
Ad Multos Annos Carlo