No comments yet

Laqgħa Ġenerali Annwali 2024

Waqt din il-laqgħa ġew approvati l-minuti ta’ l-aħħar seduta ġenrali, kif ukoll ir-rapport amministrattiv u dak finanzjarju. Tressqu u ġew approvati ukoll diversi emendi għall-istatut. B’dawn l-emendi issa s-sena finanzjarja tal-għaqda se tibda fl-ewwel ta’ Jannar u tintemm fl-aħħar jum tal-istess sena.

Ġew approvati ukoll il-Presidenti, Membri u Surmast Onorarju.

Fl-istess laqgħa s-Sur Clayton Gauci nħatar President Onorarju, filwaqt li s-Sur Martin Scerri ġie maħtur Membru Onorarju.

Nirringrazzjaw lil dawk preżenti tal-parteċipazzjoni tagħhom.

Fir-ritratt jidhru l-membri tal-kumitat flimkien mas-Sur Clayton Gauci wara l-Laqgħa Ġenerali Annwali.