Ir-rebbieħa tal-konkors tal-marċi brijjużi li ġie organiżżat mis-soċjetà tagħna, bħala parti mill-proġett 10 Snin Impenn Mużikali huma:
Klassifika Isem il-Marċ Kompożitur
L-Ewwel Post 10 Snin Anniversarju Chris Sciberras
It-Tieni Post Mgiarro Daniel Vella
It-Tielet Post Une Danse Orientale Luke Vella
Ir-Raba’ Post Marija Assunta Christopher Tanti
Il-Ħames Post Tal-Lumu Hertian Gauci
Il-marċi kollha li kkontestaw se jkunu parti mill-librett ta’ marċi brijjużi li se noħorġu fl-okkażjoni tal-10 Anniversarju mit-twaqqief tal-banda. Dawk rebbieħa se jiġu rrekordjati fuq is-CD ta’ marċi brijjużi li se noħorġu li ukoll hi parti mill-istess proġett.
Is-selezzjoni tal-marċi kienet fdata f’idejn bord magħmul minn 4 persuni, lkoll ġejjin minn oqsma differenti pero midħla sew fil-kamp mużikali.
Minn qalbna nirringrazjaw lill-parteċipanti kollha, kif ukoll lill-bord tal-għażla.
Joseph Caruana
Segretarju Ġenerali
Dan il-proġett ġie ffinanzjat permezz tal-iskema Voluntary Organisation Project Scheme amministrata mill-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat. Din il-pubblikazzjoni/ dan il-proġett t/jirrifletti biss il-veduti u l-ħsibijiet tal-pubblikaturi/awturi, u l-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat ma jistax jinżamm responsabbli għall-kontenut jew għall-użu li jista’ jsir min dan l-istess kontenut. |