Festa ta’ Santa Marija   Jum is-soċjetà mużikali

Dettalji ta' l-avveniment

  • 10/08/2019
  • 7:00 pm
  • Knisja parrokkjali ta’ Santa Marija Mtellgħa s-Sema,L-Imġarr

Fis-7pm Quddiesa mmexxija mill-Kappillan Dun George Schembri bis-sehem tal-banda tas-Soċjetà Filarmonika Marija Mtellgħa s-Sema.

Fit-8pm Il-banda tas-Soċjetà Filarmonika Marija Mtellgħa s-Sema tal-Imġarr tesegwixxi programm ta’ mużika sagra fil-knisja parrokkjali ta’ Santa Marija Mtellgħa s-Sema. Jidderieġi l-banda Mro Tancred Grech FLCM, BA (Hons) Music, LLCM, PGCE. Jieħu sehem il-kor tal-parroċċa Regina Coeli taħt it-tmexxija ta’ Mro Mary Cauchi, bil-parteċipazzjoni tal-kantanti Pauline Vella u Rachel Lowell. Kulħadd mistieden jattendi. Dħul bla ħlas. Napprezzaw jekk kulħadd ikun f’postu fit-7.45 p.m. Tippreżenta s-Sinjorina Claudine Muscat. Waqt dan il-programm se jiġi żvelat proġett sorpriża li se jitwettaq is-sena d-dieħla.