Marċ brijuż tal-aħħar jum tat-tridu – Festa ta’ Santa Marija

Dettalji ta' l-avveniment

  • Friday | 16/08/2019 to Saturday | 17/08/2019
  • 8:15 pm
  • L-Imġarr

8.15 p.m.         Il-banda tas-Soċjetà Filarmonika Marija Mtellgħa s-Sema tal-Imġarr tagħmel il-marċ popolari tal-aħħar jum tat-tridu. Dan  jgħaddi minn dawn it-toroq:

il-Kbira, San Piju, San Franġisk, San Pawl, iċ-Ċentinarju tal-Parroċċa, ix-Xagħra tal-Knisja, l-Għansar, San Filippu, Sir Harry Luke, Ramiro Calì, il-Konkors Teatrali, Fisher, Wesgħat il-Ġublew,

fejn jittella’ spettaklu ta’ nar, dawl, mużika u kant. Mistieden speċjali DJ Pierre Cordina.

In-nar li se jinħaraq hu maħdum milll-kumpless tan-nar Santa Marija tal-Imġarr, taħt is-superviżjoni tal-licensee Leli Vella. L-ispejjeż kollha ta’ dan l-ispettaklu, inkluż in-nar, huma miġbura mis-Soċjetà Filarmonika Marija Mtellgħa s-Sema.