
B’dispjaċier inħabbru li fuq deċizzjoni tal-Awtoritajiet il-festa ta’ din is-sena ġiet mħassra. Jekk sal-jum tal-festa inkunu ħlisna mill-pandemija tal-COVID-19,dakinhar nagħmlu pelegrinaġġ ta’ talb bl-istatwa ta’ Ommna Marija u quddiesa fil-knisja.
F’dawn il-mumenti l-importanti hi s-saħħa tagħna lkoll, nilħqu niċċelebraw festi flimkien. Jekk ma jinqala xejn dak li kellna maħsub għal din is-sena jiżdied ma dak tas-sena d-dieħla. Sena ferm importanti għas-soċjetà tagħna għax ser nkunu qed niċċelebraw l-10 sena mit-twaqqief tal-għaqda tagħna.
Santa Marija Itlob għalina.
Joseph Caruana
Segretarju Ġenerali