
Minn qalbi nixtieq nirringrazja lil dawk kollha li taw il-kontribut tagħhom biex il-banda tagħna kitbet paġna oħra fl-istorja glorjuża tagħha. Programm mużikali fil-Palazz Rjali ta’ Caserta -post ta’ eċċelenza.
Nibda billi nirringrazja lis-Surmast tagħna Tancred Grech, lill-bandisti u lis-solisti tal-impenn tagħhom.Lil Kor Reġina coeli immexxi mis-Surmast Mary Cauchi tad-dedikazzjoni tagħhom speċjalment is-Sopran Pauline vella. Lis-Sindku Paul Vella u lill-kunsilliera tal-kolaborazzjoni tagħhom. Lil sħabi tal-kumitat li flimkien ħdimna qatieħ biex rnexxielna nwettqu din il-ħolma. Ringrazjament speċjali imur lejn il-Kaxxiera Janei Vassallo li għenitni immexx idan it-tour. Lil membri tal-kumitat John Bugeja,Angela Muscat,Maria Vella u Christian Vella li akkumpanjawna mal-banda.Lil Compere tagħna Claudine Muscat li b’tant kunfidenza preżentat il-kunċert biż-żewġ lingwi-Taljan u Malti. Ma nistax ma nirringrazjax lil dawk kollha li ġew magħna biex raw din il-ħolma titwettaq. Fl-aħħar nixtieq nirringrazja lil mara tiegħi Vanessa u l-familja kollha tas-sapport li jagħtuni kontinwament.
Mingħajrkom u mingħajrkom żgur dan is-suċċess li ksibna f’Caserta ma kienx iseħħ.
F’każ li nqast insemmi lil xi ħadd naċċertakom li dan ma kienx b’intenzjoni.
Għal datb’oħra Prosit u Grazzi.
Joseph Caruana
Segretarju Ġenerali