10 Snin Impenn Muzikali
Bi pjaċir inħabbru li l-Proġett bl-isem 10 Snin Impenn Mużikali li ssottomettejna fl-iskema VOPS 2021 ġie magħżul. Dan ifisser li se nkunu qed nieħdu €20,000 fondi biex inwettqu diversi attivitajiet fis-sena tal-10 Anniversarju mit-twaqqief tal-banda Mġarrija. Grazzi tas-sapport .
Awguri għas-sena l-ġdida
Il-President u l-membri tal-kumitat tas-Soċjetà Filarmonika Marija Mtellgħa s-Sema tal-Imġarr jixtiequ jawguraw is-sena t-tajba lil kulħadd.
Logo 10 Anniversarju
Wara il-konkors għall-Logo tal-10 Anniversarju ġie magħżul dak tal-Artist George James Cutajar Zahra. Dan il-Logo jifforma parti mill-Proġett Flimkien Lejn l-10 li hu ffinanzjat taħt l-iskema Small Initiatives Support amministrata mill-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat. Min hu George James Cutajar Zahra? George James Cutajar Zahra (1987 – ) Mwieled...
Il-Milied it-tajjeb 2020
Il-President u l-membri tal-kumitat tas-Soċjetà Filarmonika Marija Mtellgħa s-Sema tal-Imġarr jixtiequ jawguraw il-Milied it-tajjeb lil kulħadd.
Lezzjonijiet tal-mużika għal kulħadd.
Dan hu proġett parzjalment finanzjat mill-Aġenzija Żgħażagħ taħt l-iskema It-Taħriġ Mużikali taż-Żgħażagħ fil-Każini tal-Banda
Awguri f’Jum l-Omm
Kumitat Eżekuttiv tas-Soċjetà Filarmonika Marija Mtellgħa s-Sema tal-Imġarr jixtiequ jawguraw l-isbaħ xewqat lill-ommijiet kollha f’dan il-jum tant speċjali għalihom. Nitolbu lill-Patruna tagħna Santa Marija biex iżżomm ideja fuqhom illum u dejjem.
L-Għid it-Tajjeb
Il-President u l-membri tal-Kumitat Eżekuttiv jixtiequ jawguraw l-Għid it-Tajjeb lil kulħadd. Nieħdu din l-okkażjoni biex inħeġġukom tibqgħu ġewwa u ssegwu id-direttvi maħruġa mill-Awtoritajiet. Stay Safe.#Għid il-Kbir #2020#Covid-19#stay safe#stay home
Stqarrija dwar il-festa titulari ta’ Santa Marija 2020.
B’dispjaċier inħabbru li fuq deċizzjoni tal-Awtoritajiet il-festa ta’ din is-sena ġiet mħassra. Jekk sal-jum tal-festa inkunu ħlisna mill-pandemija tal-COVID-19,dakinhar nagħmlu pelegrinaġġ ta’ talb bl-istatwa ta’ Ommna Marija u quddiesa fil-knisja. F’dawn il-mumenti l-importanti hi s-saħħa tagħna lkoll, nilħqu niċċelebraw festi flimkien. Jekk ma jinqala xejn dak li kellna maħsub għal...